- EN
L-EIT – NAGĦMLU L-INNOVAZZJONI REALTÀ!

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) huwa korp tal-UE indipendenti li jinsab f'Budapest li qed isaħħaħ il-ħila tal-Ewropa li tagħmel innovazzjonijiet. L-EIT għandu rwol vitali biex jappoġġja l-għanijiet tal-UE li toħloq tkabbir ekonomiku sostenibbli u xogħol billi jippermetti lill-intraprendituri u lill-innovaturi biex jibdlu l-aqwa ideat tagħhom fi prodotti u servizzi għall-Ewropa.
L-EIT jinkoraġġixxi t-talent intraprenditorjali u jappoġġja ideat ġodda, fejn ilaqqa' flimkien it-"trijangolu tal-għarfien" ta' kumpaniji, universitajiet u ċentri ta' riċerka ewlenin biex jiġu ffurmati sħubijiet transkonfinali dinamiċi msejħa Komunitajiet tal-Innovazzjoni (KKI — Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni).
- jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-Ewropa, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol tagħha billi jippromwovi u jsaħħaħ s-sinerġiji u l-kooperazzjoni fost in-negozji, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka.
- joħloq ambjenti favorevoli għal ideat kreattivi, biex l-innovazzjoni u l-intraprenditorija tal-ogħla livell ikunu jistgħu jissaħħu fl-Ewropa.
L-EIT hu parti integrali mill-Orizzont 2020, il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ir-riżultati tagħna (*).
Aktar minn:
|
|
2.242-il idea tan-negozju |
|
430-il prodott u servizz ġdid |
|
|
305-il negozju ġdid innovattiv |
|
1.224 gradwat li lestew programmi tal-grad EIT |
|
|
1.232 trasferiment tal-għarfien u adozzjonijiet |
(*) 2010-2016
Il-Komunitajiet ta' Innovazzjoni tal-EIT joħolqu u jsibu soluzzjonijiet innovattivi għal sfidi ewlenin, inkluż l-enerġija, il-klima, is-saħħa, il-materja prima, id-diġitalizzazzjoni u l-ikel. Dawn joffru aċċess għal talent, għarfien, finanzjament u setturi tan-negozji ġodda biex:
- jiżviluppaw prodotti u servizzi innovattivi: espandi aktar l-idea tiegħek billi tintroduċiha fis-suq magħna!
- jibdew kumpaniji ġodda: oħloq jew aċċelera l-intrapriża tiegħek magħna!
- iħarrġu ġenerazzjoni ġdida ta' imprendituri: żviluppa l-ħiliet imprenditorjali tiegħek magħna!
L-EIT issa għandu sitt Komunitajiet ta' Innovazzjoni:
- EIT Climate-KIC (KIC Klima): għall-indirizzar ta' sfidi relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;
- EIT Digital (EIT Diġitali): għall-ixprunar tat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa;
- EIT InnoEnergy (EIT InnoEnerġija): għall-kisba ta' enerġija sostenibbli;
- EIT Health (EIT Saħħa): għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini Ewropej u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u l-kura soċjali;
- EIT Raw Materials (EIT Materja Prima): għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-użu sostenibbli tal-materja prima għall-ekonomija u ċ-ċittadini;
- EIT Food (EIT Ikel): għat-tqegħid tal-Ewropa fiċ-ċentru ta' rivoluzzjoni globali fl-innovazzjoni u l-produzzjoni tal-ikel.
Kull waħda mill-Komunitajiet ta' Innovazzjoni tal-EIT topera f'hubs ta' innovazzjoni. Il-hubs ta' innovazzjoni huma mifruxin madwar l-UE biex jiżdied l-impatt tal-attivitajiet tal-EIT.
L-Iskema ta’ Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT (EIT RIS) hi programm ta' outreach biex jgħin aktar organizzazzjonijiet mill-Ewropa kollha biex jibbenefikaw mill-ħidma tal-Komunità tal-EIT u jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu. L-EIT RIS timmira li żżid l-abilità ta' innovazzjoni tar-reġjuni Ewropej li għadhom mhux jaħdmu mal-EIT u l-Kumpaniji ta' Innovazzjoni tiegħu. L-EIT RIS tressaq lill-kumpaniji, lill-universitajiet, lil-laboratorji ta' riċerka u lill-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati fl-akbar komunità tal-innovazzjoni fl-Ewropa
F'Novembru 2016, il-Komunità EIT laqqgħet flimkien lil kważi 900 sieħeb, inkluż:
- 503 kumpanija, inkluż SMEs
- 171 istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla
- 146 ċentru ta' riċerka
- 74 belt, reġjun u NGOs
Fl-2018, għandna l-intenzjoni li nistabbilixxu żewġ Komunitajiet ta' Innovazzjoni:
- EIT Manufacturing (EIT Manifattura): għat-tisħiħ u ż-żieda fil-kompetittività tal-industrija tal-manifattura tal-Ewropa;
- EIT Urban Mobility (EIT Mobilità Urbana): għall-provvista ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għall-mobbiltà urbana.





